L-istudenti bi bżonnijiet individwali li qegħdin fil-Year 11 flimkien mal-familji tagħhom jistgħu jiġu megħjuna minn dan is-servizz. Il-koordinatur jiggwidahom sabiex jagħmlu l-għażla t-tajba għall-opportunitajiet post-sekondarji jew għax-xogħol. Il-koordinatur jattendi għal-laqgħat individwali tal-istudent, jippjana pjanijiet t’azzjoni, jorganizza żjajjar ta’ orjentazzjoni sabiex issir l-aħjar għażla possibbli ta’ edukazzjoni/opportunitajiet ta’ xogħol lill-istudent flimkien mal-ġenituri.