Hero background

What service are you looking for today?

Early Intervention Service

Ħarsa ġenerali​

Jekk it-tifel/tifla qed jesperjenzaw dewmien f’iktar minn qasam wieħed tal-iżvilupp trid timtela applikazzjoni għal dan is-servizz. Is-servizz huwa offrut minn trabi sa ħames snin. Wara l-kunsens tal-ġenituri jsir assessjar sabiex jiġu indirizzati dawn id-diffikultajiet u jiġu organizzati sessjonijiet fid-dar jew fi gruppi fejn ikollhom fil-mira d-diversi oqsma ta’ żvilupp bħalma huma l-iżvilupp komunikattiv, fine u gross motor skills u diffikultajiet sensorjali.


X’ser​ tingħata

Sistema ta’ sapport komprensiv u orjentat lejn il-familja għal tfal b’diżabbiltajiet ta’ żvilupp, dewmien jew syndromes kif ukoll għall-familji tagħhom fl-ewwel ħames snin tal-ħajja tagħhom.


Eliġibbiltà​​

It-tfal huma eliġibbli għas-servizz ta’ Intervent Bikri jekk għandhom bejn 0-5 snin u jkun hemm indikazzjoni ta’:
  • dewmien fl-iżvilupp f’żewġ oqsma jew aktar ta’ żvilupp (Fiżika, Komunikazzjoni u Lingwa, Kura nfushom, Soċjali u Emozzjonali, u Konjittivi).
 
  • kundizzjoni dijanjostikata li għandha probabbiltà għolja li tirriżulta f’diffikultajiet ta’ żvilupp eż. Spina Bifida, Disturb tal-Ispettru tal-Awtiżmu.


Kif tapplika​

Is-servizz huwa offrut mill-NSSS permezz ta’ referenzi mill-iskejjel.

Kronoloġija