Hero background

What service are you looking for today?

Anti-Bullying Service

Ħarsa ġenerali​

Dan is-servizz joffri sapport lill-istaff tal-iskejjel biex jieħdu l-azzjonijiet neċessarji kontra mġieba ta’ bbuljar, jitfasslu programmi ta’ prevenzjoni sabiex jiġi żgurat ambjent sikur li jgħin fit-tagħlim u l-kuntentizza tal-istudent. Permezz ta’ dawn il-programmi titqajjem kuxjenza, u jingħata għarfien lill-partijiet involuti dwar prattiki restorattivi. Is-sapport huwa estiż għall-istudenti, il-ġenituri u l-istaff.  


X’ser​ tingħata

Servizzi Offruti
 
  • Sessjonijiet one-to-one ma' individwi involuti;
  • Sessjonijiet ta' gruppi żgħar;
  • Sessjonijiet imfassla apposta biex jindirizzaw diversi sitwazzjonijiet;
  • Interventi —fi klassi/jiet;
  • Sessjonijiet ta' informazzjoni u taħriġ għall-persunal tal-iskola
  • Il-ħolqien ta' inizjattivi fl-iskejjel - il-promozzjoni ta' approċċ skolastiku sħiħ;
  • Taħditiet ta' informazzjoni mal-ġenituri
  • Laqgħat tat-Tim ta' Tmexxija Għolja (Senior Management Teams);
  • Referenza lil membri oħra tat-tim Psikosoċjali;
  • Ħidma kollaborattiva ma' professjonisti/entitajiet oħra
     
L-ibbuljar jista' jieħu dawn il-forom:
 
  • Fiżiku - daqqiet, poking (taqbad ma’ xi ħadd permezz ta’ media soċjali), twaqqa’ jew timbotta, eċċ.
  • Verbali – name calling(tgħajjar), insulti, abbuż, eċċ.
  • Soċjali - gideb, tixrid ta’ xnigħat, mimicking (tikopja lil dak li jkun), deliberatament jiġi eskluż xi ħadd (ostracizing), eċċ.
  • Psikoloġiku - theddid, manipulazzjoni, imġiba ta’ stalking, eċċ.
  • Cyber - bl-użu tat-teknoloġija bħal messaġġi, email, (mobiles) , tablets, consoles tal-logħob, chat rooms, siti ta' networking - biex tibbulja verbalment, soċjalment u / jew psikoloġikament.
 
X'jiġri meta jkun hemm inċident ta' ibbuljar fl-iskola?
 
  • L-istudent jeħtieġ li jitkellem ma' persuna adulta fdata fl-iskola.
  • Din il-persuna hija mbagħad responsabbli biex tirreferi l-informazzjoni lit-Tim tat-Tmexxija tal-Iskola, li f’ċertu sitwazzjonijiet il-każ jista’ jiġi riferut lill-għalliema tal-gwida (guidance teachers)..
  • Jekk il-problema tippersisti għandha timtela formola ta' riferiment lis-Servizz ta' Kontra l-Ibbuljar, u jsiru aktar interventi minn membru ta' dan is-servizz.
     
X'jiġri meta jseħħ ibbuljar Ċibernetiku (Cyber Bullying)?
 
 
  • Tħassarx il-kontenut!
  • Issejvja kwalunkwe messaġġ, chats, stampi: ħu screenshot jew 'save as'.
  • Jekk possibbli, ipprintja l-evidenza.
  • Informa lill-iskola u ppreżenta l-evidenza.
  • Ippreżenta rapport fl-għassa tal-pulizija lokali tiegħek – importanti ħu l-evidenza!
  • It-taqsima tal-pulizija tas-Cyber Crime jew l-Iskwadra ta' Kontra l-Vizzji tieħu l-azzjoni meħtieġa ladarba jiġi ppreżentat ir-rapport.
     


Eliġibbiltà​​

Studenti mill-Year 1 sal-Form 5.


Kif tapplika​

Is-servizz huwa offrut mill-NSSS permezz ta’ referenzi mill-iskejjel.

Kronoloġija